Il-Kunsill flimkien mad-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi jamministra l-librerija pubblika li tinsab fi Triq Dr Nikola Zammit. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma nhar ta' Erbgħa bejn l-4:00pm u s-6.00pm u l-Ġimgħa bejn it-3.00pm u s-6.00pm.

Minn żmien għal żmien, il-Kunsill jara li jkompli jżid in-numru ta' kotba li preżentament ilaħħqu ‘l fuq minn 8000 ktieb.