Ġbir ta' Skart Domestiku
L-iskart domestiku kif ukoll dak fil-laned taż-żibel li jinsabu f'postijiet pubbliċi, jinġabar fuq bażi ta' ħamest’ijiem fil-ġimgħa (inklużi festi pubbliċi). Mill-aħħar Ħadd ta’ Ġunju sal-aħħar Ħadd ta’ Settembru dan is-servizz jingħata l-Ħadd ukoll. L-iskart domestiku miz-zoni rurali jinġabar nhar ta' Tnejn u Hamis. Jekk inti resident ġdid f'zona rurali, jekk jogħġbok ċempel l-uffiċċju biex inkunu nistgħu noffrulek is-servizz tagħna. Ir-residenti huma mitluba li ma joħorġux l-iskart tagħhom qabel is-7:00am.


Ġbir ta' Skart għar-riċiklaġġ
L-iskart domestiku għar-riċiklaġġ jinġabar kull nhar ta' Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa u dan is-servizz jibda mill-11:00am ‘il quddiem. IMPORTANTI: dan l-iskart irid jitpoġġa fil-boroż apposta normalment ta’ kulur griż.


Gbir ta’ hgieg
Il-gbir ta’ hgieg isir kull l-ewwel Tnejn tax-xahar. FIl-hgieg ghandu jinhareg fil-kontenituri apposta li kienu tqassmu b’xejn mill-Kunsill. L-iskart ghar-riciklagg (plastic, karta, metal u hgieg) jista’ jittiehed f’wiehed mill-Brig in sites li jinsabu fil-lokal.


Ġbir ta' Skart Goff
Il-Kunsill joffri wkoll servizz ta’ ġbir ta' skart goff. Dan jikkonsisti f'imbarazz u skart li jinġabar minn djar u residenzi iżda li ma jaqax fil-kuntratt tas-servizz ta' ġbir ta' skart domestiku minħabba l-kobor tiegħu; dan ma jkunx jinkludi fdalijiet industrijali, barrieri jew għelieqi, kif ukoll fdalijiet ta' bini u kostruzzjoni.

Sabiex tibbukkja ġbir ta' skart goff cempel lil Kunsill Lokali fuq 21466000 u 21468874, jew inkella ibgħat email fuq siggiewi.lc@gov.mt ;. Normalment dan l-iskart jinġabar it-Tlieta u l-Ħamis. Skart li mhux imnizzel hawn fuq jista jittiehed f’wiehed mill-amenity sites madwar Malta. Ghal informazzjoni dettaljata fuq rimi ta’ skart irreferi ghas-sit http://www.wasteservmalta.com/index.aspx.

Ghall-iktar informazzjoni, aghfas fuq il-link li jmiss >>