Il-Kunsill Lokali Siġġiewi jieħu ħsieb ukoll l-aspett soċjali, kulturali, sportivi u edukattiv tar-residenti tal-lokalità tiegħu. Fost oħrajn, għaldaqstant jieħu ħsieb jorganizza:

  • Jum is-Siġġiewi li f'serata kommemorattiva annwali persuna, persuni jew għaqda tingħata jew jingħataw L-Onorifiċenza Siġġiewi
  • Wirja Agrarja Annwali fil-Pjazza tas-Siġġiewi
  • Mixegħla tas-Salib tal-Għolja fil-jiem tal-Ġimgħa l-Kbira
  • Mixegħla tal-Pjazza u t-toroq tal-madwar fil-jiem tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
  • jorganizza korsijiet ta' tagħlim dwar il-computer, arts and crafts għat-tfal, u korsijiet oħrajn tal-ganutell, bizzilla, eċċ.,
  • jorganizza ħargiet għall-familja kollha
  • kull sena jikkordina l-għoti b'xejn ta' injezzjoni kontra l-influwenza għal dawk il-persuna li għandhom aktar minn 55 sena.